Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tar-rugbu Damian Neill qal li jinsab fiduċjuż li t-tim tiegħu, nhar is-Sibt li ġej se jikseb riżultat pożittiv fil-logħba kontra r-Repubblika Ċeka fi Praga. Ġimgħa ilu l-Maltin fetħu l-impenji tiegħu fl-ewwel logħba f’Diviżjoni 2A tan-Nation Cup b’rebħa 31-26 kontra l-qawwa tal-Kroazja bl-eroj tal-logħba jkun James O’Brien li spikka b’total ta’ 16-il punt.
B’għadd ta’ plejers ta’ esperjenza li jilagħbu fi New Zealand, il-Kroati, li jinsabu fid-59 post tar-ranking mondjali, riedu joħorġu mill-ground tal-Hibs b’rebħa imma reġgħu sabu tim Malti determinat u organizzat ferm.
L-avversarji li jmiss tal-Maltin se jkun tim bi plejers professjonali li jilagħbu f’kampjonati tal-ogħla livell, fosthom fi Franza. Rigward is-sitwazzjoni tal-iskwadra Maltija, il-plejers kollha huma kważi kollha disponibbli. Cassar u Watts bħalissa qed jirkupraw minn injury. Cassar għandu uġiegħ fil-kustilji filwaqt li Watts dahru. Barra minn hekk, Rob Holloway hu disponibbli u mistenni jkun fl-azzjoni kontra ċ-Ċeki.
Dan l-istaġun it-tim Malti se jilgħab erba’ partiti filwaqt li fl-istaġun li ġej jilgħab il-kumplament ta’ logħob li jkun fadal. Fis-17 ta’ April Malta tilgħab kontra l-Iżrael u fl-20 ta’ April tilgħab kontra l-Iżvizzera.
//= $special ?>