Paul Rosolie, espert tan-natura, ħoloq tip ta’ kostum li jippermettilu li jinbela ħaj minn serp enormi, tat-tip anaconda, waqt programm speċjali għal Discovery Channel.
Rosolie, li għandu 26 sena, se jidħol minn jeddu għal dan l-esperiment fl-interessi tal-programm Eaten Alive u fejn l-interess se jkun kollu fuq is-serp inkwistjoni, li jinsab fir-reġjun tal-Amazon u li l-ispeċi tiegħu kapaċi tikber sa massimu ta’ tletin pied.
Il-programm għal Discovery Channel m’għandux jintwera qabel is-7 ta’ Diċembru, iżda l-kunċett Eaten Alive diġa qed iqanqal l-għadab tal-attivisti favur l-annimali li fissru l-inizjattiva ta’ Rosolie bħala ‘l-agħar abbuż tal-annimali’.
Iżda Rosolie – imlaqqam Indiana Jones of the Amazon — ma jaqbilx u jinsisti li qatt ma tgħaddilu minn moħħu li jweġġa’ annimal. Intant, mifhum li l-kostum li se jilbes hu wieħed speċjali li għandu ‘jipproteġih’ waqt li jikkunsmah is-serp, b’Rosolie iħeġġeġ biex l-ispettaturi ‘jaraw b’għajnejhom kif se jiżvolġu l-affarijiet’.
//= $special ?>
