HANDBALL: Dan l-aħħar iż-żewġ timijiet ta’ La Salle, tal-irġiel u tan-nisa kisbu suċċess doppju fl-MHA Cup meta għelbu lil Kavallieri fiż-żewġ okkażjonijiet. Fil-kategorija tan-nisa La Salle għelbu lil Kavallieri b’distakk ta’ tliet gowls. Kavallieri, Aloysians u La Salle kellhom disa’ punti kull wieħed u b’hekk it-titlu kellu jkun deċiż bid-differenza ta’ gowls. Aloysians kellhom l-agħar differenza ta’ gowls u b’hekk spiċċaw it-tielet u La Salle rebħu t-tazza billi skurjaw gowl aktar minn Kavallieri.
Fil-kategorija tal-irġiel La Salle kellhom waħda mill-aqwa wirjiet tal-istaġun fejn għelbu lil Kavallieri bi tmien gowls. F’din il-katgeorija is-sitwazzjoni kienet simili għal dik tal-kategorija tan-nisa fejn it-tliet timijiet, Kavallieri, Aloysians u La Salle kellhom 12-il punt kull wieħed. Kavallieri kellhom l-agħar differenza ta’ gowls u spiċċaw fit-tielet post filwaqt li Aloysians spiċċaw it-tieni. B’dan is-suċċess La Salle komplew jiddominaw fix-xena lokali fejn s’issa rebħu 14-il tazza konsekuttiva bl-ewwel suċċess jasal fl-2011.
//= $special ?>

