Kurżitajiet Lokali

Tazza tad-Dinja tal-Bowling : Logħba sħiħa strikes għal Malti

Neil Sullivan, Bowler Malti irnexxielu jagħmel logħoba kollha strikes waqt il-50 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Bowling li qed issir bħalissa fi Wroclaw fil-Polonja. Neil, li qed jirrapreżenta lil Malta beda r-raba’ logħoba tiegħu u baqa jagħmel strike wara l-iehor sakemm għamel 12-il strike konsekuttiv, li jfisser 300-il punt.

Bħalissa il-plejer Malti, Neil Sullivan, jinsab fis-36 post minn 82 pajiż.

Fl-istess Tazza tad-Dinja fil-kategorija tan-nisa qed tiħu sehem Sue Abela, iċ-Champion tan-nisa ta’ Malta fil-Bowling, bħalissa Abela tinsab fl-20 pożizzjoni b’medja ta’ 204 punt minn 15-il logħoba. Il-Ġimgħa Abela tkompli bil-parteċipazzjoni tagħha fit-Tazza tad-Dinja.