Fl-ewwel sena tal-Labour fil-gvern, id-dejn tal-pajjiż imkejjel skont il-kriterji Ewropej żdied b’ammont rekord kemm ilna fl-Unjoni Ewropea.
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illejla waqt il-programm Dissett fuq PBS immexxi minn Reno Bugeja. Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ftit ġranet ilu u bil-kejl tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattat ta’ Maastricht juru li d-dejn tal-pajjiż fl-ewwel sena tal-Labour fil-gvern żdied bi €370 miljun.
Qatt kemm ilna fl-Unjoni Ewropea d-dejn tal-pajjiż ma kien żdied b’daqstant. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wera wkoll kif, bl-istess kriterji, id-dejn tal-pajjiż fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kompla jikber u żdied b’€518-il miljun.
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ppubblika wkoll il-links (ara hawn taħt) għall-istatistika uffiċjali li turi dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Maastricht Criteria quarterly debt showing increase of €518 million from Dec 2013 to Jun 2014 (pg 9 – column Total Govt Debt Q2 2014 on Q4 2013): – http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=4270
Maastricht Criteria end-yearly debt showing increase of €370 million in public debt in 2013 (pg 2): – http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=4268
//= $special ?>