Lokali

Aktar prodotti finanzjarji li marru l-baħar

Żviluppi ġodda dwar l-istorja tal-Crystal Finance li żvelajna ilbieraħ. Il-ġurnal In-Nazzjon illum kompla jsegwi dan il-każ, fejn qed jiġi rappurtat li hemm aktar prodotti finanzjarji li marru l-baħar u li min investa fihom baqa’ b’xiber imnieħer. Fost l-oħrajn, jissemma’ l-bond NEW WORLD RESOURCES.

Crystal Finance Investments hija immexxi minn Alfred Mifsud, bl-istess ġurnal illum jagħti dettalji dwar ir-rabtiet li għandu Mifsud mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Min investa baqa’ b’xiber imnieħer

Wara dan il-każ anke l-AD ħarġet tistaqsi x’għamel ir-regolatur quddiem dan kollu.

Id-dettalji kollha f’paġna 32 ta’ In-Nazzjon.