Erba’ timijiet għaddew għall-fażi li jmiss tal-Europa League. Dinamo Moska u Salzburg kisbu rebħiet importanti u b’hekk diġa’ ghaddew matematikament mal-aħħar 32. L-istess għamlu Fiorentina u Varsavja.
Fil-logħob tal-bieraħ ma naqsux is-sorpriżi. Torino u Villareal sofrew telfiet xejn mistennija. Minn naha l-ohra, il-holders Sevilla ghamlu pass importanti lejn il-fażi li jmiss b’rebħa ta’ 3-1.
F’riżultati oħra…
Asteras 1-2 Tottenham
St Etienne 1-1 Inter
Everton 3-0 Lille
Napoli 3-0 Young Boys


