Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum, il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru.

IN-NAZZJON jirrapporta kif il-Gvern qed jibqa’ ma jweġibx mistoqsijiet u dubji serji dwar il-proġett tal-power station il-ġdida. Il-ġurnal illum kompla jsegwi wkoll il-każ tal-Crystal Finance, fejn qed jiġi rappurtat li hemm aktar prodotti finanzjarji li marru l-baħar u li min investa fihom baqa’ b’xiber imnieħer. Fost l-oħrajn, jissemma’ l-bond NEW WORLD RESOURCES.

THE TIMES b’rapport esklussiv dwar il-pjani li għandu quddiemu l-Gvern biex jiġu żviluppati tliet lukandi f’żoni ODZ.

L-ORIZZONT jgħid illi nofs l-impjiegi li nħolqu din is-sena ħaduhom il-barranin.

THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta illi l-Gvern għadu ma weġibx l-ittra iebsa mibgħuta lill-Prim Ministru minn Din l-Art Ħelwa.