Lokali

IL-KAŻ TAL-CRYSTAL FINANCE: kju kbir għand l-MFSA

Wara l-istorja dwar l-eluf ta’ flus li intilfu minn Maltin li nvestew mal-kumpanija Crystal Finance, dalgħodu numru kbir ta’ persuni sebħu quddiem il-bini tal-MFSA fl-Imrieħel.

Dan is-sit huwa nfurmat li quddiem il-bieb tal-MFSA dalgħodu kien hemm kju twil ta’ nies, jistennew biex jistaqsu dwar x’se jiġri minn flushom. Fil-fatt, in-nies li investew flushom qed jirrikorru għand l-MFSA propju għaliex mhux qed jieħdu risposti mingħand il-kumpanija Crystal.

Sal-bieraħ kienu ħafna dawk li provaw jagħmlu kuntatt bit-telefon ma’ Crystal Finance Investments, iżda ħadd ma qabadhom u t-telefon qatt ma ġie imwieġeb.