Internazzjonali

“Il-Parlament Libjan mhux skont il-Kostituzzjoni”

Mill-ġdid tensjoni fil-Libja wara li fl-aħħar sigħat il-Qorti Suprema tat sentenza li fiha qalet illi l-Parlament Libjan elett f’Ġunju li għadda huwa invalidu u mhux leġittimu skont il-Kostituzzjoni.

Din id-deċiżjoni tat bidu għal celebrazzjonijiet kbar fi Tripli li baqgħu għaddejin sa kmieni dalgħodu. Minn naħa l-oħra, il-Parlament f’Tobruk mhux qed ibaxxi rasu quddiem din id-deċiżjoni.