Lokali

Il-Pulizija tikkonferma li Louis Attard ma tressaqx b’akkużi aggravati

Il-Gvern provda l-aqwa prova li Louis Attard huwa uffiċjal għoli fl-Enemalta. Dan hekk kif lbieraħ inħarġet stqarrija li fiha ingħatat prova ċara li l-Pulizija kellha tressaq lil Louis Attard mhux b’sempliċiment akkuża ta’ serq tad-dawl mill-ismart meters, iżda b’serq aggravat proprju għaliex huwa uffiċjal għoli tal-Korporazzjoni Enemalta.

Il-Pulizija ħarġet stqarrija li fiha kkonfermat li Louis Attard “ġie akkużat b’akkużi identiċi għal dawk ta’ persuni oħra li kisru l-istess dispożizzjoni tal-liġi, f’ċirkustanzi simili.” Dak li qalet il-Pulizija jikkonferma li minkejja li Louis Attard huwa uffiċjal għoli fl-Enemalta, u xogħlu hu li jassigura li dawn l-atti kriminali ma jseħħux, hu ma tressaqx b’din l-akkuża aggravata.

Il-Pulizija fl-istess stqarrija qalet li l-akkużi jridu jkunu bbażati fuq evidenza.

Fil-fatt, l-evidenza stess tal-Gvern turi li Attard kien jokkupa l-kariga ta’ uffiċjal għoli fl-Enemalta.