Peter Sutcliffe, magħruf bħala l-Yorkshire Ripper, jinsab f’xifer il-mewt wara serje ta’ problemi ta’ saħħa, fosthom attakk tal-qalb.
Is-serial killer ta’ 68 sena, li qatel 13-il mara u pprova joqtol sebgħa oħra, jinsab marid b’sogħla kbira u qed jitħabat biex jiekol u jorqod fi Broadmoor fir-Renju Unit.
Sutcliffe kien ingħata 20 sentenza ta’ għomor il-ħabs fl-1981 talli qatel ħafna nisa bejn l-1975 u l-1980. Il-qattiel uża armi fosthom martell, turnavit u skieken biex qatel lin-nisa fit-Tramuntana tal-Ingilterra.
Sutcliffe, li emmen li kien fuq ‘missjoni minn Alla’ biex joqtol lill-prostituti, ilu maqful fi sptar psikjatriku ta’ sigurta’ massima f’Berkshire għal 30 sena.
//= $special ?>