Internazzjonali Mużika

Jirtiraw l-akkużi kontra Phil Rudd tal-AC/DC

Anqas minn 24 siegħa minn mindu tressaq quddiem qorti fi New Zealand, akkużat li qabbad raġel biex joqtol żewġ persuni, l-akkużi kontra Phil Rudd, id-drummer tal-grupp leġġendarju AC/DC, twaqqgħu.

Dan wara li l-prosekuzzjoni qalet li ma kienx hemm evidenza biżżejjed.

Rudd, li għandu 60 sena, xorta se jitressaq il-qorti minħabba droga li nstabet fir-residenza tiegħu meta kien arrestat kif ukoll minħabba theddida li għamel li joqtol persuna.