Każ ta’ Malti, li fis-snin sebgħin il-Gvern ħadlu l-art fl-Imsida biex bena ġibjun, tressaq quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bil-Qorti tiddeċiedi li r-raġel għandu jingħata kumpens ta’ €445,000 minħabba li ma ngħatax kumpens għal sena. Il-każ ta’ Peter Azzopardi hu dwar ta’ 772 metru kwadru ta’ art fl-Imsida, li f’Ottubru 1974 il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien espropriha biex fuqha jibni l-ġibjun.
F’Ġunju 1992 Azzopardi, li kien id-Direttur tal-kumpanija Canadian Brothers, kien offrut €18,000 iżda din l-offerta ma kinitx aċċettata, bil-kontro-proposta tiegħu tkun dik ta’ €559,000. Azzopardi kien repetutamnent jappella lill-Kummissarju tal-Arijiet biex jibdew il-proċeduri għall-kumpens tal-art li ħadlu l-Gvern. Sal-2000, il-Kummissarju tal-Aritjiet ma kienx għadu beda proċeduri quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Art ħalli jkun determinat il-kumpens. Għalhekk, Azzopardi fetaħ kawża kostituzzjonali.
Fil-kawża, Azzopardi qal li d-deċiżjoni tal-Gvern fl-1974 wasslet biex itteħditlu propjetà tiegħu mingħajr ma rċieva kumpens li għandu dritt għalih. Sostna wkoll li l-kumpens ma kienx ingħata fi żmien raġjonevoli. F’Novembru 2010, il-Qorti Ċivili ddeċidiet kumpens ta’ €25,000 favur Azzopardi, iżda Azzopardi appella bis-sentenza tkun ikkonfermata. F’Jannar 2004, il-Kummissarju tal-Artijiet beda wkoll proċeduri quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ biex ikun determinat il-kumpens. Matul dan il-perjodu, Azzopardi baqa’ jħallas ir-renta ta’ €183 fuq l-art.
Kien f’Mejju 2012 li Azzopardi ħa l-każ quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drititjiet tal-Bniedem, li ddeċidiet li l-Gvern kien mexa skont il-Liġi meta ħa l-art għax dan kien fl-interess pubbiku. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ewropea enfażizzat l-aktar id-dewmien biex Azzopardi ngħata kumpens u l-fatt li wara 40 sena Azzopardi għadu ma ngħatax kumpens.
//= $special ?>