L-Amministrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul qed tinvestiga każ irrappurtat minn MaltaRightNow.com dwar l-anzjana li ntesiet f’vann tat-trasport u spiċċat ittieħdet l-Għassa tal-Fgura. Fi stqarrija dwar ir-rapport ippubblikat l-Erbgħa li għadda, l-Amministrazzjoni ta’ San Vinċenz la kkonfermat u lanqas innegat l-istorja, iżda sempliċiment qalet li se tkun qed tinvestiga.
Fir-rapport tagħna, appellajna lill-Amministrazzjoni tar-Residenza biex tara li każijiet bħal dan ma jerġgħux iseħħu fil-futur. Madankollu, l-Amministrazzjoni qalet li se tara li “min hu responsabbli se jiffaċja l-proċeduri u l-konsegwenzi opportuni”.
Hu mifhum li b’din il-pożizzjoni, l-Amministrazzjoni ta’ San Vinċenz de Paul se tkun qed titfa’ r-responsabbiltà ta’ każ bħal dan fuq l-infermieri jew ix-xufier minflok ma tara jekk inċident bħal dan seħħx minħabba nuqqas ta’ riżorsa umana adekwata.
//= $special ?>