Il-Maltin qed ikollhom iħallsu prezzijiet għoljin biex jimlew il-vetturi u l-muturi tagħhom bil-petrol u l-fuel. Dan meta fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja, il-prezzijiet tal-fules bħalissa huma ferm orħos.
Għal gallun petrol fl-Italja wieħed iħallas €4.88, imma f’Malta thallas €6.55 – li jfisser €1.67 aktar jew 25.5% aktar mill-prezz fl-Italja. Għal gallun diesel fl-Italja thallas €4.40 u f’Malta €6.20, li jfisser €1.80 aktar jew 29% aktar. Ironikament, il-prezzijiet f’pajjiżna baqgħu għoljin minkejja l-fatt li l-prezz internazzjonali taż-żejt kompla jonqos fl-aħħar ġimgħat.
Dawn il-ħlasijiet għoljin għall-petrol u d-diesel qed jaffetwaw lin-negozjanti lokali li għandhom vetturi kummerċjali, vannijiet jew trakkijiet.
Fl-aħħar ġranet dan is-sit kompla jsegwi l-aħħar żviluppi dwar il-mod kif il-prezzijiet taż-żejt komplew jonqsu drastikament wara li l-Arabja Sawdita raħset il-prezz mibjugh lill-Istati Uniti.
F’Settembru, iż-żejt kien diġa niżel ghal anqas minn 100 dollaru u minn dak iż-żmien kompla jorħos.
It-tnaqqis fil-prezz ukoll wassal biex niżlu r-rati tal-ishma ta’ ditti tal-enerġija u dan irriżulta fi tnaqqis fit-tliet indiċi tal-ishma Amerikani.
//= $special ?>

