Lokali

MALTEMP: F’diversi partijiet ta’ Malta nieżel is-silġ

Bħalissa f’diversi partijiet ta’ Malta nieżel is-silġ. Maltarightnow.com irċieva diversi rapporti li s-silġ nieżel fl-inħawi  tal-Mqabba, Siġġiewi, Qrendi u Ħaż-Żebbuġ.
Aktar kmieni kien rapurtat li pajjiżna mistenni jintlaqat minn maltempata qawwija li skont is-sit maltaweathersite.com se tkun karatterizzata minn riħ qawwi, trombi tar-riħ kif ukoll silġ qawwi.

Għandek xi ritratti? Ibgħathom email lil editor@maltarightnow.com.