Aġġornata:
Stqarrija maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tgħid li l-Ajruport reġa’ fetaħ l-ajruport għal titjiriet minn u lejn Malta wara li aktar kmieni ittieħdet miżura biex jingħalaq l-ajruport minħabba l-maltemp.
Aktar kmieni…
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li ssospenda kull attivita’ fl-ajruport minħabba t-temp ħażin.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li s-sigurta’ tal-passiġġieri tiġi l-ewwel.
Intant, il-passiġġieri qed jiġu avżati biex jiċċekkjaw l-iżviluppi b’rabta mat-titjiriet minn fuq is-sit www.maltairport.com.
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li twaqqfu wkoll il-vjaġġi bil-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex.
Ritratt: Arkivji
//= $special ?>