Lokali

Numru ta’ inċidenti żgħar tat-traffiku minħabba x-xita, fosthom wieħed bejn ħames karozzi f’Birkirkara

Ix-xita li matul il-jum ma qatgħet xejn madwar il-pajjiż wasslet għal diversi konġestjonijiet f’żoni differenti. Iż-żlieq fit-toroq wassal ukoll għal numru ta’ inċidenti żgħar li komplew jiggravaw is-sitwazzjoni.

Fost numru ta’ inċidenti, wieħed li seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq Dun Karm f’Birkirkara ra l-involviment ta’ ħames karozzi. Minkejja li fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident, qed ikun appellat biex jekk hu possibbli x-xufiera jevitaw dik it-triq minħabba l-konġestjoni tat-traffiku.