Stħarriġ li sar minn Transport Malta fuq rotta 53 fis-servizz li jingħata minn Tal-Virtù, sar fuq ġurnata waħda biss.
Dan ikkonfermah il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, f’informazzjoni li ta għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, li staqsa lill-Ministru jgħid jekk sarx xi stħarrig minn Transport Malta jew jekk hemmx indikazzjoni ta’ kemm tintuża r-Rotta 53 speċifikament minn Tal-Virtù.
Il-Ministru Mizzi qal li minn stħarriġ li sar fuq medda ta’ ġurnata minn Transport Malta fuq iż-żewġ bus stops fl-akwati ta’ Tal-Virtù fir-Rabat, jirriżulta li n-numru ta’ passiġġieri li jagħmlu użu minn dawn iż-żewġ bus stops fuq ir-rotta 53 huwa minimu.
F’dan l-istħarriġ ġie nnutat li kien hemm tmien passiġġieri li wżaw dawn iż-żewġ bus stops tul il-ġurnata li fih inżamm dan l-istħarriġ.
//= $special ?>