Lokali

Tarbija ta’ sena taqa’ żewġ sulari

Tarbija ta’ sena sofriet feriti gravi iżda fortunatament ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar żewġ sulari. Jirriżulta li t-tifel waqa’ għall-ħabta tat-8.30am fir-residenza tal-familja fi Triq Ħalib it-Tajr f’Santa Luċija.

Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei qabel ma t-tifel ittieħed permezz ta’ Ambulanza għal aktar kura. Hemm, hu ġie ċċertifikat li qed isofri feriti gravi kawża tal-ksur li ġarrab, iżda fortunatament mhuwiex fil-periklu li jitlef ħajtu.