Lokali

LIVE BLOG: l-Imsida bla dawl wara 17-il siegħa

Ritratt : Juri ir-riħ qawwi li qed jaħkem Wied iż-Żurrieq. Jekk għandkom aktar ritratti ta’ ħsarat u inċidenti ikkawżati mill-maltemp, il-qawwa tar-riħ dalgħodu, jew kif inhu t-temp qrib iż-żoni kostali…għaddulna dan il-materjal/ritratti fuq editor@maltarightnow.com

15:44pm

Partijiet mill-Imsida għadhom s’issa bla dawl wara l-maltemp tal-bieraħ bil-lejl. Id-dawl jidher li inqata’ għall-ħabta tal-10pm. Hemm ukoll lokalitajiet oħra li għadhom mingħajr provvista tal-eletriku.

14:06pm

AKTAR DETTALJI DWAR L-INĊIDENT F’TA’ SANNAT: Dan is-sit jista’ jikkonferma illi razzett tan-nagħaġ fl-inħawi ta’ Seguna spiċċa kważi imwitti għal kollox. Il-propjetarju ta’ dan ir-razzett hu James Cardona, u kollox jindika li ċ-ċiklun tal-bieraħ ikkawża ħsarat enormi f’dan ir-razzett.

13:31pm

Thassret il-Valletta Boat Show 2014 li kellha ssir dal-weekend.

13:19pm

Fis-Siġġiewi bħalissa: trejqa imblukkata minn siġra li tqaċċtet bir-riħ.

siggiewi

13:00pm

Ritratti ta’ aktar ħsarat kawża tal-maltemp, din id-darba fl-inħawi barra l-Imdina.

rabat

12:55pm

Iż-żona tax-Xwieki fil-Għargħur ilhom mit-8pm bla dawl. Sa dal-ħin il-provvista għadha ma rritornatx lura.

12:40pm

Kmieni dalgħodu xi raħħala f’Ta’ Sannat irrapurtaw kif ir-razzett tagħhom tkisser kważi għal kollox bir-riħ tal-bieraħ. F’dan ir-razzett jinżammu ammont kbir ta’ nagħaġ. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

12:05pm

Diversi sewwieqa rrapurtawlna kif laqnas il-lights tal-Barrani ma’ ħelsuha mir-riħ qawwi. Fil-fatt, iċ-ċiklun tal-bieraħ dawwar it-traffic lights li hemm f’din l-arterja priċipali. Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni akbar.

lights tal barrni

11:30am

Ħsarat li kkaża l-maltemp f’Wied iż-Żurrieq…

zurrieq

10:53am

L-għassa ta’ Wied il-Għajn tinġarr mir-riħ – bħalissa qed isir xogħol fil-post

10:50am

Ritratt li waslilna dalgħodu mill-Buskett

Buskett

10:10am

Il-ħin tat-tluq tal-ajruplan Air Malta lejn Katanja reġa’ ġie mibdul – issa pjanat li t-tluq mill-MIA ikun għall-ħabta tat-14:45pm. Dan minħabba li l-ajruplan fi Sqallija għadu qas biss telaq minħabba l-maltemp.

10:07am

Il-ħsara taċ-ċiklun fil-lokalita’ tal-Qrendi (Ritratt: Facebook Page – Kunsill Lokali Qrendi)

qrendi

10:00am

It-temp dalgħodu f’Għawdex jidher ferm anqas sabiħ mit-temp f’Malta. (Ritratt: il-bajja ta’ Marsalforn)

Marsalforn

9:54am

Ħal Tarxien – ritratt li juri Saqaf ta’ razzett tal-baqar maqluh fl-eqqel tal-maltemp.

saqaf razzett

9:39am

Il-Malta Football Association tavża li minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna matul l-aħħar sigħat, il-partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu llum fil-Hibernians Stadium, ġew posposti għal għada fl-istess ħin u fl-istess post.

B’hekk, il-partita bejn Balzan Youths FC u Hibernians FC għada tibda fis-2.00pm mentri l-partita bejn Birkirkara FC u Floriana FC tibda fl-4.00pm, u t-tnejn jintlagħbu fil-Hibernians Stadium.

L-MFA tavża li l-kumplament tal-partiti tagħha skjedati għal-lum se jsiru kif kien programmat.

9:27am

Tfeġġ ukoll il-qawsalla…

qawsalla

9:20am

STQARRIJA TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI: Minħabba r-riskji li ġabet il-maltempata tal-bieraħ f’pajjiżna, il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili kienet waħda intensiva , li ma waqfet xejn mill-4pm tal-bieraħ sa dalgħodu fis-6am.

9:05am

Għadhom evidenti sa dalgħodu stess il-ħsarat li ħalla warajh il-maltemp tal-bieraħ. Fir-ritratt t’hawn taħt jidhru siġar li tqaċċtu fix-Xemxija – waħda mill-aktar żoni milquta miċ-ċiklun tal-Ġimgħa. (Ritratt: Rebekah Grima).

hsarat xemxija

8:45am

Nerġgħu nikkonfermaw li t-titjiriet minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed joperaw b’mod normali wara li l-bieraħ il-mitjar kellu jingħalaq għal madwar ħames sigħat bħala prekawzjoni.

8:33am

Minn informazzjoni li daħlitilna jidher li ċ-ċiklun tal-bieraħ kisser għal kollox wieħed mill-ħitan li hemm mal-korsa tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far (Ritratt: Robert Zammit/Facebook).

kwart ta mil

8:13am

It-titjiriet kollha li kellhom jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta dalgħodu, telqu kollha b’mod normali. L-unika titjira li għadha ma telqitx hija dik tal-Air Malta lejn Katanja. Dan għaliex l-ajruplan kellu dewmien biex jitlaq minn Sqallija, minħabba l-maltemp hemmhekk.

8:01am

Previżjonijiet juru li l-baħar se jibqa’ imqalleb – mistennija xita iżolata f’xi inħawi aktar tard
(Ritratt: Juri dehra tal-Mellieħa kmieni dalgħodu)

mellieha

7:59am

Ritratt li waslilna dalgħodu jkompli juri x’saħħa kellu ċ-ċiklun tal-bieraħ, fejn anke inqelbu ġebel u bricks fuq karozzi.

gebel hsarat armani

7:50am

Mill-Uffiċċju Meterjoloġiku, l-ebda twissija ta’ riħ qawwi. L-anqas temperatura illum mistennija tinżel 15-il grad. (Ritratt: iż-żona kostali ta’ San Pawl il-Baħar).

san pawl

7:25am, is-Sibt 8 ta’ Novembru

Malta u Għawdex jisbħu b’temp totalment differenti minn dak tal-bieraħ, hekk kif dalgħodu terġa’ tfeġġ ix-xemx. Minkejja dan, is-saħħa tar-riħ xorta għadha qawwija ferm. (Ritratt: iż-żona tax-Xemxija)

xemxija temp sabih

22:37pm

Anke l-ajruplan tal-Air Malta minn Brussell/Amsterdam jinżel fil-mitjar mingħajr problemi.

22:32pm

Tasal it-titjira tal-Air Malta minn Manchester.

22:29pm

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kif ħabbar illi t-titjira KM103 minn Heathrow ġiet skedata li se tasal Malta fl-4:30am – dan ifisser dewmien ta’ kważi erba’ sigħat.

22:24pm

Dan is-sit irċieva filmat ta’ karozza tal-linja illi, minkejja l-maltemp, xorta baqgħet għaddejja mill-Imsida. Il-karozza tal-linja spiċċat bl-ilma fuq ġewwa (ara l-filmat fil-paġna ta’ Facebook). Passiġġieri li kienu f’tal-linja kkummentaw kif ħadu “ħasla tajba” f’dan il-vjaġġ.

22:20pm

Diversi żoni f’Għawdex ukoll milquta ħażin ħafna mir-riħ qawwi u l-maltemp.

22:12pm

Ilmijiet kbar fil-wied ta’ Birkirkara – evitaw iż-żona.

22:06pm

Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku qrib il-lukanda Preluna f’Tas-Sliema. Fil-ħabta kienet nvoluta karozza li kienet ħierġa minn parkeġġ, u li skidjat f’karozza tal-linja. Fil-post waslu wkoll il-Pulizija.

22:00pm

Tasal fl-ajruport it-titjira tal-Air Malta / Lufthansa minn Frankfurt. Jasal ukoll l-ajruplan ta’ Ryanair minn Liverpool.

9:56pm

Dewmien fit-tluq tat-titjira tar-Ryanair lejn Bergamo, fl-Italja.

9:50pm

Bħalissa hemm twissija ta’ riħ qawwi mill-Punent Majjistru li tibqa’ fis-seħħ sa nofs il-lejl.

9:44

Tasal titjira tal-British Airways minn Gatwick – titjira li sippost kienet skedata li tinżel fl-MIA fis-6:10pm.

9:34pm

Fl-aħħar minuti niżlu fl-ajruport internazzjonali t-titjiriet tal-Air Malta li waslu minn Vienna u Zurich.

9:29pm

Dalwaqt iħallu Malta t-titjiriet tal-Air Malta lejn Katanja u r-Russja.

9:25pm

Xita qawwija u riħ f’forza ta’ riefnu ma jaqtgħu xejn f’diversi lokalitajiet fejn jaqbel, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

8:03pm

Stqarrija tal-MIA tikkonferma li l-ajruport reġa’ qed jaħdem b’mod normali, wara li l-mitjar kien ingħalaq għal numru ta’ sigħat minħabba l-maltemp. F’xi każijiet xorta jista’ jkun hemm dewmien fil-ħinijiet tat-tluq u l-wasliet.

7:00pm

L-awtoritajiet Taljani ħarġu twissija dwar il-maltemp, minħabba mini-ċiklun li fforma fl-aħħar sigħat fuq Malta. Dan iċ-ċiklun se jkun qed jolqot il-kosta ta’ Sqallija matul il-lejl.

maltemp 2

6:49pm

Triq San Bastjan f’Ħal Qormi miksija kompletament bl-ilma, u perikoluża għas-sewwieqa li ħerġin miċ-ċentru.

6:21pm

Rapporti jindikaw li arblu tad-dawl li nqaleb bir-riħ kien qed jimblokka parti minn Triq Diċembru Tlettax, direzzjoni lejn Raħal Ġdid.

6:20pm

Il-logħba bejn Żurrieq F.C. u St. George’s F.C. ġiet posposta wara 13-il minuta minħabba riħ qawwi u xita kontinwa.

6:19pm

Fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, direzzjoni ta’ Buġibba, waqgħet billboard u qed tinblokka nofs it-triq.

6:17pm

Għawdex: mijiet ta’ studenti u ħaddiema li l-Ġimgħa filgħaxija jirritornaw lejn Għawdex wara ġimgħa studju jew xogħol f’Malta biex jingħaqdu mal-familja, jinsabu maqbudin Malta għax il-vapur sospiż.

6:15pm

Il-Marsa, ħdejn il-korsa taż-żwiemel, ir-riħ qawwi li qed jaħkem waqqa’ ħajt u hemm ħafna ġebel fin-nofs tat-triq. Apparti minn hekk, ir-riħ qaċċat għal kollox l-istruttura tat-tinda li hemm fil-Korsa taż-Żwiemel.

6:10pm

Apparti l-maltemp, għandna wkoll rapporti li f’San Pawl il-Baħar u f’lokalitajiet oħra inqata’ d-dawl.

6:08pm

Fin-niżla tas-Saqqajja r-Rabat, hemm konġestjoni f’mill-inqas żewġ postijiet differenti. Karreġġjata waħda tat-triq tinsab imblukkata minħabba friegħi kbar tas-siġar li tqaċċtu.

6:06pm

Għaddejja ħidma fit-triq ta’ Ħal Far wara li ftit tal-minuti ilu nqaleb container.

6:05pm

Ritratt li juri ftit mill-ħsarat fl-Imtarfa.

Imtarfa

6:00pm

Rapporti li qed jaslulna anke ta’ ħsarat f’Bormla – siġra taqa’ fuq container fil-post fejn hemm is-santwarju tal-qtates CSAF. Mitluba għajnuna urġenti mill-voluntieri, sabiex titneħħa din is-siġra li tinsab fuq ix-shelter tal-qtates.

5:57pm

Il-bypass tal-Imrieħel u ċ-ċentru ta’ Ħ’Attard iġġamjati bit-traffiku. Rappurtati ilmijiet ‘aktar mis-soltu’ fl-Imrieħel.

5:55pm

Ħidma bl-użu ta’ gaffa fl-Imqabba sabiex jitneħħew siġar li qed jimblukkaw it-toroq. (Ara r-ritratt).

gaffa

5:51pm

Vjal l-Indipendenza l-Mosta u l-bypass ta’ Ħal Għaxaq jinsabu ukoll imblukkati b’siġar kbar li tqaċċtu bir-riħ. Is-sewwieqa huma mħeġġa jevitaw dawn it-toroq.

5:40pm

Triq il-Gudja f’Ħal Tarxien, Triq il-Gardill f’Marsaskala u t-triq Ta’ Kandja direzzjoni lejn is-Siggiewi jinsabu kollha mblukkati minħabba siġar li tqaċċtu.

5:30pm

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li issospenda kull tluq u nżul mill-mitjar. Dan bħala mezz ta’ prekawzjoni temporanja minħabba l-maltemp. Jidher li l-ajruport se jibqa’ żgur magħluq sad-9pm.

5:28pm

Minn informazzjoni li daħlitilna, Triq is-Siġar fl-Imqabba tinsab imblukkata wara li ċediet siġra.

5:16pm

Siġra kbira qed timblokka Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid. Is-siġra waqgħet f’nofs ta’ triq kawża tar-riħ qawwi u l-maltemp. Sewwieqa huma mħeġġa jevitaw iż-żona minħabba konġestjoni ta’ traffiku.

sigra

5:15pm

Ir-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar minuti qed jikkawża diversi ħsarat. Dawn ir-ritratti li qed nippubblikaw juru l-ħsara li ħalla l-maltemp fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat (Malta).

Arblu

Kawża tal-maltemp, tqaċċat l-arblu tal-każin li nqasam fi tlieta. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Xi ħġieġ tal-bibien tal-istess każin ukoll tkissru minħabba t-temp ikrah li qed jaħkem.

Arblu 2

Arblu 3