L-avukati ta’ Ford & Warren fetħu kawża lil Leeds United dwar salarji mhux imħallsa.
Il-pagamenti jmorru lura sa meta l-eks Chairman Ken Bates li għandu 82 sena kien proprjetarju tal-klabb u jammontaw għal madwar 150,000 sterlina.
Il-każ se jinstema quddiem uil-Qoti ta’ Leeds fit-13 ta’ Jannar.
Bates kien biegħ lil Leeds lil GFH Capital f’Diċembru tal-2012 qabel in-negozjant Taljan Massimo Cellino xtara l-maġġor parti tal-isħma f’April li għadda.
Nick Collins, imsieħeb ma’ Ford & Warren qal, “Din mhix tilwima ma’ Cellino. Din hi xi ħaġa li hu wiret minħabba l-proprjetarji preċedenti. M’għandna xejn personali kontra Cellino u nawgurawlu kull suċċess. Nittama ġenwinament li nsolvu l-każ b’mod amikevoli imma rridu nagħmlu dak li hu meħtieġ biex nipproteġu l-klijenti tagħna.”
It-tim minn Elland Road bħalissa jinsab fis-17-il post fiċ-Championship mingħajr ebda rebħa wara disa’ partiti.
//= $special ?>

