Studju magħmul mid-Dipartiment tal-Mediċina Molekulari u Ċellulari tal-Universita’ ta’ Copenhagen u ppublikat fir-revista akkademika ‘Human Genetics’ qal li dawk kollha b’għajnejhom blu għandhom antentat komuni.
L-istudju jgħid li sa għaxar t’elef sena ilu fid-dinja ħadd ma’ kellu għajnejh blu u kullħadd kellu għajnejh kannella. Iżda bdiel fiċ-ċellula msejħa OCA2 waslet għal bdil fil-materja li tgħati kulur lix-xagħar, il-ġilda u l-għajnejn, materja magħrufa bħala melanin.
“Huwa min dan li nikkonkludu li dawk kollha b’għajnejhom blu għandhom antenat komuni għaliex għandhom aspett komuni fid-DNA tagħhom saħaq Hans Eiberg li kien parti mit-team li għamel l-istudju.
Xjentist ieħor li kien involut fl-istudju minn naħa l-oħra spjega li dak li jgħati persuna għajnejn blu jagħmel lill-istess persuna predisposta li jkollha aktar tfal. Forsi għalhekk jisħaq l-istess xjentist wieħed jista’ jispjega kif minn ħadd b’għajnejn blu għaxar t’elef sena ilu llum il-ġurnata bejn għoxrin u erbgħin fil-mija tan-nies fl-Ewropa għandhom għajnejn blu.
//= $special ?>