Il-President Amerikan Barack Obama ta’ l-awtorita’ tiegħu sabiex 1,500 suldat Amerikan jirritornaw l-Iraq sabiex tisaħħaħ il-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku. Dan tħabbar mill-White House fejn ġie spjegat li r-rwol tas-suldati ser ikun wieħed ta’ taħriġ u għajnuna għat-truppi ta’ l-Iraq.
Dan seħħ wara talba mill-gvern tal-Iraq hekk kif il-militanti tal-Istat Iżlamiku għadhom qed jikkontrollaw biċċiet kbar mill-Iraq u s-Sirja. Is-suldati Amerikani ser jingħaqdu ma’ mijiet ta’ suldati oħra Amerikani li diġa jinstabu fl-Iraq. Huma mistennija ikunu mifruxa f’diversi partijiet tal-pajjiż inkluż fil-parti Kurda.
Sa minn Awissu l-Istati Uniti ilha tmexxi kampanja ta’ bumbardament mill-arju kontra l-Istat Iżlamiku.
//= $special ?>