Internazzjonali

Ġlied qalil f’Bengażi bl-armata tavvanza fi Gwarsha

Ġlied qalil ġie rappurtat f’Bengażi fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu u matul il-jum hekk kif forzi militari u s-sostenituri tagħhom tqatlu kontra brigati li huma alleati mal-Kunsill Shura tar-Revoluzzjonarji f’Bengażi (BRSC).

L-agħar ġlied kien rappurtat fil-Lbiċ ta’ Bengażi, eżattament fi Gwarsha – distrett li għandu preżenza qawwija ta’ ġellieda Iżlamiċi. Aktar ġlied qalil mistenni jseħħ fil-belt hekk kif forzi militari qed javvanzaw lejn il-Punent, fejn forzi leali lejn il-BRSC huma aktar attrezzati u għandhom appoġġ miċ-ċittadini lokali.

Fl-aħħar ta’ Ottubru, l-armata Libjana sfurzat lill-grupp Iżlamiku, Ansar Al-Sharia biex jirtira minn wieħed mill-akbar check-points qabel id-dħul għall-belt ta’ Gwarsha.