It-terminal il-ġdid tal-Gozo Channel fil-port taċ-Ċirkewwa diġa’ spiċċa fi stat diżastruż.
Ritratti li qed jaslu għand dan is-sit juru kif dan l-aħħar bdiet tirrenja t-telqa u ħmieġ kbir f’dan it-terminal. Fost l-oħrajn, jispikkaw il-ħsarat kbar li hemm fit-toilets tan-nisa (kif jindika dan ir-ritratt).
Dan it-toilet bħalissa jinsab kompletament maqluh, b’inkonvenjent kbir għal kull min juża dan it-terminal – inkluż it-turisti li jkunu qed jaqsmu lejn Għawdex.
//= $special ?>