Eluf ta’ persuni ħadu sehem f’mixja kommemorattiva f’għeluq is-sena mindu t-tifun Haiyan qered diversi zoni ċentrali fil-Filippini.
Folol ta’ nies imxew sal-belt ta’ Tacloban, fi sfond tas-sireni u l-qniepen, fl-istess ħin li maltemp qawwi ħakem il-pajjiż.
Kien hemm ukoll protesti kontra l-gvern dwar il-mod kif qed ikun indirizzat il-bini mill-ġdid tal-partijiet li nqerdu. Il-President Benigno Aquino ċaħad li qed isir xogħol bil-mod.
Aktar minn 7,000 persuna nqatlu f’dan id-diżastru naturali.
It-tifun Haiyan, magħruf bħala Yolanda fil-Filippini, ħoloq pandemonju kbir bħal-lum sena ilu, b’riżultat li mewġ għoli u qawwi qered diversi partijiet mill-Filippini.
Aktar minn erba’ miljun persuna spiċċaw bla dar, u l-maġġoranza tagħhom għadha qed tgħix f’kenn temporanju.
//= $special ?>