Wara li l-oppożizzjoni il-Ġimgħa talbet permezz ta’ mozzjoni sabiex minnufih jiġu ppubblikati r-rapporti ta’ żewġ inkjesti dwar l-operat tal-Pulizija l-gvern wieġeb biss bi stqarrija ta’ żewġ linji li l-gvern jinsab kommess li l-jippubblika l-inkjesti b’differenza iżda naqas milli jgħati ebda indikazzjoni ta’ meta ser jagħmel dan.
Iz-Zewg rapporti huma dwar inkjesti b’rabta mal-każ ta’ żagħżugħ li tressaq innoċentament il-Qorti b’akkuża ta’ hold-up fis-sajf tas-sena l-ohra, u każ ieħor fejn kienu rtirati l-proċeduri kriminali kontra persuna li allegatament ħebbet għall-Pulizija f’Għassa liema rapporti s’issa nżammu moħbija
B’hekk effetivament l-gvern ċaħad it-talba tal-oppożizzjoni u b’hekk r-rapporti ser ikomplu jinżammu moħbija.
Aġir li l-oppożizzjoni l-Ġimgħa ddeskrivietu bħala li qed jonqos mill-wegħda tal-Gvern dwar il-kontabbiltà u t-trasparenza.
//= $special ?>