Ekonomija Kummerċ Lokali

Il-Mument għada tiżvela kif proċess imniedi mill-gvern qiegħed joħloq tħassib serju

Il-gazzetta il-Mument fil-ħarġa ta’ għada se tiżvela kif jeżistu diversi indikjazzjonijiet li juru bl-aktar mod ċar li l-proċess imniedi mill-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’April tas-sena li għaddiet u li wassal biex fil-jiem li għaddew il-kumpanija Eden Leisure Group tingħata l-konċessjoni biex tiżviluppa casino f’Malta kien ivvizzjat u mħawwar b’irregolaritajiet li joħolqu tħassib serju ħafna.

F’rapport investigattiv ta’ Joe Mikallef, il-gazzetta il-Mument se tiżvela kif dan il-proċess mill-bidu kien fih indħil minn ‘fuq’, konflitti ta’ interessi partikolarment minn persuna mqabbad mill-Gvern li kien qed jiġi investigat fuq frodi, kif ukoll kif din is-saga waslet ukoll għar-riżenja tal-kap li kien imexxi l-Privitisation Unit.

Din il-ġimgħa, i l-Qorti ordnat li jieqaf il-proċess tal-għoti ta’ liċenzja għal casino minħabba s-suspetti ta’ irregolaritajiet. Dan kien proċess ilu għaddej sena u nofs, u fejn kulħadd jaf li l-kumpanija li kellha l-aħjar offerta, sa issa rriżulta li ma ntgħażlitx.