Lokali

Il-Partit Laburista mingħajr pjan konkret biex jindirizza l-problemi tal-pajjiż tgħid The Times

Ir-rapport ta’ Moody’s sar qabel l-ammissjoni tal-Gvern li l-power station il-ġdida mhux se titlesta fiż-żmien imwiegħed.

Li kieku l-aġenzija kienet taf b’dan, it-tbassir fir-rapport tagħha x’aktarx kien ikun differenti. L-Editorjal tal-ġurnal Times of Malta jgħid li bħal ħafna Maltin, l-Aġenziji tal-Credit se jibdew jistaqsu x’inhuma l-pjani tal-Gvern kif se jiffinanzja it-tnaqqis fit-tariffi.

L-Editorjal ikompli li filwaqt li l-aġenziji tal-credit rating taw ċertifikat tajjeb għall-ekonomija Maltija, hemm lok ta’ tħassib f’ċerti setturi, fosthom is-sitwazzjoni fiskali fejn jidħol id-dejn tal-Gvern.

Xahar wara l-ieħor, tkompli Times of Malta, qed joħroġ ċar li kuntrarju għal dak li kien jingħad qabel l-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista m’għandux pjani konkreti biex jindirizza l-problemi tal-pajjiż u jekk għandu, huma nofs leħja.