Lokali

Il-pubbliku biċ-ċans li jakkwista l-ħames edizzjoni tal-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb’

Il-ħames edizzjoni tal-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb’ ġie ppubblikat mill-Uffiċju tal-President u l-pubbliku għandu ċ-ċans jakkwista dan il-ktieb mimli riċetti popolari Maltin, bil-qliegħ kollu se jmur għall-Malta Community Chest Fund.

Is-Sibt filgħodu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca laqgħet fil-Kitchen Garden fil-Palazz tal-President f’Sant’Anton numru ta’ persuni li xtraw il-ktieb.

Il-ktieb jinkludi riċetti minn uħud minn numru ta’ kokijiet, fosthom il-Kok tal-Palazz tal-President Mark Schembri. Jinkludi wkoll riċetta minn tar-ragel tal-President; is-Sur Edgar Preca. Il-ktieb se jibqa’ jinbiegħ mill-Palazz tal-President f’Sant’Anton u fil-Belt Valletta.