Żagħżugħ, li x’aktarx hu barrani, dalgħodu ddeċieda li jisfida l-elementi u ddeċieda li joħroġ jistenna tal-linja fi Spinola b’sidru barra. (Storja ta’ Matthew Mamo).
Fis-sigħat li ġejjin mistennija aktar xita fuq il-gżejjer Maltin. Fil-fatt, it-temp diġa’ inbidel ferm minn kif kmieni dalgħodu, filwaqt li anke r-riħ qed jerġa’ jitqawwa.
AKTAR KMIENI
Dalgħodu feġġet il-qawsalla fuq il-gżejjer Maltin wara t-temp tassew ikrah li kellna ilbieraħ għal sigħat twal – ġurnata li kienet ferm impenjattiva għall-membri tal-Protezzjoni Ċivli li għadhom għaddejin bil-ħidma tagħhom sabiex jiżgombraw t-toroq minn siġar u jitneħħa l-ilma mit-toroq li jinsabu mgħerqin.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li l-ħidma ma qatgħet xejn anke matul il-lejl.
Ix-xogħol tal-Protezzjoni Ċivili baqa’ għaddej sas-6am bla waqfien, u kompla anke dalgħodu stess
Intqal kif ilbieraħ ġew imsejjħa fuq diversi każijiet serji, fosthom f’żewġt idjar li kienu qed jegħrqu, struttura tal-elettriku li kienet saret perikoluża, kif ukoll nar li ħakem stabbiliment kummerċjali.
Ritratt: Rebekah Grima
//= $special ?>