Internazzjonali Saħħa

Jitwaqqaf fond kontra l-Ebola

Negozjanti u korporazzjonijiet Afrikani waqqfu fond ta’ emerġenza sabiex tingħata għajnuna lil dawk il-pajjiżi milquta mill-marda tal-Ebola.

F’laqgħa li saret f’Addis Ababa, l-Etjopja ġabret aktar minn $28 miljun  sabiex jintbagħtu mill-inqas 1,000 ħaddiem tas-saħħa fil-Guinea, fi Sierra Leone u fil-Liberja.

L-esperti qed jgħidu li biex il-marda tinqered mill-aktar fis, trid tkun ikkontrollata f’dawn it-tliet pajjiżi.

Kważi 5,000 persuna minn madwar 14,000 każ mietu kawża ta’ din l-epidemija.