Għall-ewwel darba l-Assoċjazzjoni tal-Organizzazjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin flimkien ma’ Microsoft Malta għall-ewwel darba organizzaw l-NGO Connection Day f’Għawdex wara li għal sentejn saret f’Malta. Is-seminar li dam għaddej nofs ta’ nhar kien indirizzat minn rappreżentanti tal-Microsoft.
Is-seminar fetaħ b’diskors ta’ Ryan Mercieca, Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Organizzazjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin li tkellem dwar il-ħidma tal-assoċjazzjoni fl-aħħar sentejn u l-importanza tat-teknoloġija. Huwa spjega li matul l-aħħar sena l-assoċjazzjoni kienet qed taħdem fuq proġett ta’ taħriġ fit-teknoloġija u l-internet għal bosta Għawdxin.
Is-seminar kien mbgħad indirizzat minn Angela Micallef Citizenship and Community Affairs Manager u Jonathan Vella Microsoft Partner Technology Strategist fejn it-tnejn tkellmu dwar il-bosta għodda li toffri t-teknoloġija lill-għaqdiet mhux governattivi.
//= $special ?>