Lokali

Qbil dwar network kontra l-korruzzjoni

Il-pajjiżi tal-Asja u r-reġjun tal-Paċifiku qablu li jwaqqfu network biex jaqsmu l-informazzjoni u d-data dwar il-korruzzjoni.

Il-membri tal-grupp APEC sostnew li l-iskop tal-ftehim, propost miċ-Ċina, hu biex il-persuni involuti fil-korruzzjoni ma jsibu l-ebda  ħajt tal-kenn.

L-inizjattiva ttieħdet fost l-isforzi tal-President Ċiniż, Xi Jinping, biex irażżan il-korruzzjoni rampanti fiċ-Ċina. Dan hu intiż mod speċifiku għall-uffiċjali Ċiniżi li qed jixxaħħmu waqt negozju illegali u li wħud minnhom qed jippruvaw jaħarbu minn pajjiżhom.

Il-Mexxejja tal-APEC mistennija jappoġġjaw il-ftehim dwar in-network waqt summit li se jsir il-ġimgħa d-dieħla f’Beijing, bis-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, ifaħħar l-impenn bħala ‘pass importanti ‘l quddiem’ kontra l-korruzzjoni.