Lokali

AKTAR RITRATTI: bejgħ ‘illegali’ ta’ tapiti?

AĠĠORNATA (2)

Vettura li dehret illum fix-Xemxija qajjmet kontroversja kbira wara li nies, allegatament barranin, qed imexxu bejgħ ta’ tapiti magħmula mis-suf tal-annimali – u oħrajn li huma annimali sħaħ maqtula biex ittieħed is-suf tagħhom.

Saħansitra, wieħed mit-tapiti jidher sew li għandu ‘denb’ ta’ xi annimal partikolari.

Ħafna qed jistaqsu jekk hux legali li jsir dan in-negozju f’pajjiżna. Oħrajn qed jikkritikaw il-fatt li dan huwa ‘fur’ ta’ annimali li ġew maqtula b’mod abbużiv, filwaqt li oħrajn qed iqajjmu dubji dwar il-mod kif iddaħħal Malta prodott ta’ dan it-tip li qed jinbiegħ fit-toroq.

a4

Jidher li l-persuna li huwa l-moħħ wara dan in-negozju huwa Olandiż. Persuni qalulna li dawn it-tip ta’ tapiti u kowtijiet tal-‘fur’ ma ssibhom imkien f’Malta.

a2