Internazzjonali

Robin Williams ma mietx bid-droga

L-awtoritajiet ta’ Kalifornja, fl-Istati Uniti, qalu li l-attur Robin Williams ma kienx taħt l-influwenza tad-droga jew l-alkoħol meta neħħa ħajtu b’idejh, f’Awwissu li għadda.

Williams, li kellu 63 sena, instab mejjet fid-dar tiegħu, f’Kalifornja, bl-awtoritajiet jikkonfermaw il-każ bħala suwiċidju.

Intant, it-tabib forensiku ta’ Marin County ħareġ rapport fis-sens li Williams miet mgħallaq, bl-attur ikollu storja twila ta’ dipressjoni.

Robin Williams kien deher ħaj l-aħħar darba fl-10 ta’ Awwissu u kkommetta suwiċidju l-għada stess.

L-attur jibqa’ famuż għal diversi interpretazzjonijiet brillanti f’numru ta’ films fosthom Dead Poets Society, Mrs Doubtfire, Good Will Hunting (fejn rebaħ Academy Award), Jumanji u Good Morning Vietnam.