Is-sewwieq tal-Yamaha Valentino Rossi se jibda mill-ewwel post fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun li se jsir illum li se jsir f’Valencia. Din hi l-ewwel darba sa mill-2010 li Rossi se jkun qed jibda mill-pole position.
Bħalissa Rossi qiegħed fit-tieni post u għandu vantaġġ ta’ 12-il punt fuq Lorenzo u bir-rebħ tat-titlu diġa’ deċiż, l-isfida se tkun bejn dawn it-tnejn għat-tieni post. Jorge Lorenzo se jibda mir-raba’ post.
Rossi se jibda quddiem Andrea Iannone u Dani Pedrosa rispettivament filwaqt li ċ-champion Marc Marquez ħabat bil-mutur imma xorta waħda irreġistra l-ħames l-aħjar ħin.
//= $special ?>