Id-denfil ta’ tlett xhur jidher li issa jinstab fil-Forti ta’ San Luċjan fejn qiegħed jingħata l-kura għall-ġrieħi li ġarrab. Ġrieħi li jidher li huma ta’ natura superfiċjali. Minn tagħha l-MEPA qegħda tagħmilha ċara li l-Uffiċċju tal-Veterinarji ser jiddeċiedu x’għandu jsir mid-denfil u li huma biss joħorġu xi permess u li minn x’ħin kienu infurmati bid-denfil għenu lin-Nature Trust f’dan li kien hemm bżonn.
In-Nature Trust minn naħa tagħhom qegħdin jgħidu li mhuwiex magħruf fejn hi omm d-denfil u li minn naħa tagħhom kienu ser jibqgħu jipprovdu l-għajnuna meħtieġa.
Aktar kmieni…
Il-maltemp affetwa lil denfil ta’ tlett xhur li sab ruħu f’diffikultajiet. Fil-filmati li qegħdin jixxandru esklussivament mill-portal Maltarightnow u ġentilment mwassla mill-qarrejja Marthese Fenech, jidher id-denfil żgħir ikun salvat fil-Qawra qrib il-lukanda Dolmen.
Tkellimna mal-President ta’ Nature Trust Malta Vince Attard, li flimkien mal-MEPA kienu nvoluti fil-hidma ta’ salvatagg.
Vince Attard qal li d-denfil x’aktarx intilef minn ma’ ommu fil-maltempata u daħal ‘il ġewwa u spiċċa fil-bajja tal-Qawra.
Id-denfil ċkejken, li nsab fi stat ta’ xokk, ittieħed fiċ-ċentru ta’ San Luċjan fejn qed jiddewwa għall-ġrieħi li ġarrab, l-iktar qtugħ meta l-mewġ ħabbtu mal-blat.
Tista ssegwi aktar filmati hawn:
Ritratti u filmat ta’ Marthese Fenech
//= $special ?>