Rugby Sport

Telfa għal Malta fi Praga

It-tim nazzjonali Malti tar-rugby sofra telfa ta’ 27-13 kontra r-Repubblika Ċeka fi Praga. Din kienet logħba minn Diviżjoni 2A tan-Nations Cup. Din it-telfa waslet ġimgħa wara li l-Maltin kienu għelbu lill-Kroazja f’Kordin bi skor ta’ 31-26. It-telfa kontra ċ-Ċeki kienet waħda kontra tim b’għadd ta’ plejers bi plejers professjonali li jilagħbu f’kampjonati tal-ogħla livell, fosthom fi Franza. Issa fis-17 ta’ April tal-2015 Malta tilgħab kontra l-Iżrael u fl-20 ta’ April tilgħab kontra l-Iżvizzera.