Wara li ħarġet l-aħbar li Rapport tal-Unit tal-Privatizzazjoni li jinsab quddiem il-Gvern, u li ġie kkummisjonat fuq talba ta’ Silvio Parnis, qed jipproponi l-iżvilupp ta’ tliet lukandi fin-nofsinhar ta’ Malta f’art verġni li hija immarkata bħala ODZ, l-NGO ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ fi stqarrija qalet li dan it-tip ta’ żvilupp huwa kontra l-liġi u m’għandux isir.
Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li din il-proposta tqajjem tħassib serju, u li żvilupp fuq art verġni l-anqas biss għandu jiġi kkunsidrat.
Il-fatt li l-unit tal-Gvern tal-privatizazzjoni ppreżentat din il-proposta turi kemm l-awtoritajiet m’għandhomx viżjoni għall-ippjanar integrat għal mal-kosta, u l-iżvilupp mal-kosta mhux biss huwa kontra l-liġi, iżda juri wkoll in-nuqqas ta’ viżjoni tal-Gvern, tgħid Flimkien għal Ambjent Aħjar.
//= $special ?>

