Internazzjonali

Aktarx indarab il-kap tal-ISIS

 

 

Qed ikunu investigati rapporti li Abu Bakr al-Baghdadi, il-kap tal-ISIS, indarab serjament jekk mhux inqatel f’attakk mill-ajru mmexxi mill-Istati Uniti f’al-Qaim, fil-Punent tal-Iraq u qrib il-fruntiera mas-Sirja.

Il-militar Amerikan ikkonferma li attakk mill-ajru Amerikan immexxi mill-Istati Uniti kellu fil-mira t-tmexxija tal-ISIS iżda ma ntqal xejn dwar jekk Baghdadi nqatilx jew le.

Fl-istqarrija tal-militar Amerikan intqal li fl-attakki li saru l-Ġimgħa filgħaxija, kien hemm ukoll għaxar trakkijiet tal-ISIS li ntlaqtu.