Lokali

AĠĠORNATA: Jinqabdu żewġ persuni wara serqa min Ta’ Ġormina f’San Pawl il-Baħar

Aġġornata – Żewġ persuni nqabdu u ġew arrestati ftit tal-ħin wara li saret serqa mill-‘Ġormina Bakery and Confectionery’ f’San Pawl il-Baħar.

Il-persuni li ġew arrestati nqabdu biss ftit tal-ħin wara li seħħet is-serqa. Iktar kmieni nstabet ukoll il-vettura li l-ħallelin ħarbu biha minn fuq il-post, Fiat Panda ta’ kulur blu.

Il-karozza nstabet biss ftit minuti wara li bdiet it-tfittxija u ftit bogħod mill-forn, fi Triq San Luqa f’San Pawl il-Baħar stess..

Aktr kmieni :

Jirriżulta li ftit tal-ħin ilu seħħet serqa mingħand ‘Ġormina Bakery and Confectionery’ f’San Pawl il-Baħar.

Jidher li s-serqa saret  waqt li l-ħanut kien qed jagħlaq. Il-ħallelin jidher li ħarbu minn fuq il-post b’Fiat Panda ta’ kulur blu u bħalissa qed issir tfitxija instensiva għall-ħallelin mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija.

 Aktar informazzjoni kif taslilna.