Lokali

Daħna kbira mill-power station tal-Marsa

AĠĠORNATA (3)

Ftit wara l-11am deher tiela’ daħna kbira sewda mill-power station tal-Marsa. Daħna li dehret minn diversi lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta.
Il-parti tal-impjant li qiegħda tintuża bħalissa hija magħrufa bħala l-B Station.

Dahna 2

F’dan is-sit fil-Marsa ix-xahar l-ieħor kien beda x-xogħol sabiex din il-power station tingħalaq.

Fil-fatt bħalissa għaddej t-twaqqigħ tal-ewwel strutturi mill-impjant li jiffunzjona llum – jiġifieri it-tliet ċmieni u l-erba’ tankijiet li fihom jinħażen il-heavy fuel oil. Hemm ukoll sitt ventilaturi li issa ilhom is-snin ma jintużaw.

Aktar informazzjoni u dettalji fil-ħin li ġej.