Futbol Sport

Draw divertenti għal Manchester City u Queens Park Rangers

Manchester City u Queens Park Rangers spiċċaw fi draw divertenti, 2-2, f’Loftus Road, b’dan l-punt jissodisfa aktar lil QPR, li qed jissieltu biex jinqalgħu miz-zona l-ħamra. Intant, Rangers, li qed juru titjib minn logħba għall-oħra, marru fil-vantaġġ wara 20 minuta b’Charlie Austin (li qabel kellu ‘gowl’ imħassar fuq deċiżjoni kontroversjali tar-referee) isib ix-xibka b’xutt fil-baxx. Iżda City wieġbu wara minuta bil-gowl ta’ Sergio Aguero wara li rċieva mingħand Eliaquim Mangala.

Fit-tieni taqsima, QPR għamluhom 2-1 b’awtogol ta’ Martin Demichelis fuq azzjoni ta’ Austin, b’Aguero jikseb id-draw għat-tieni darba meta qabeż lill-gowlkiper Rob Green u xeħet f’xibka vojta.