Kummerċ Lokali

Edizzjoni Limitata tal-Perrier ispirata minn Street Art

Għal darb’oħra, il-Perrier, l-ilma minerali leġġendarju bil-gass naturali, qed jadotta innovazzjoni artistika li se tkun qed timpressjona anki lil dawk li s-soltu ma jimpressjonawx ruħhom malajr. Bis-saħħa tal-effervexxenza, il-kreattività u l-vitalità, il-Perrier qed juża l-Arti tat-Triq (Street Art) b’riżultat tassew sorprendenti, pass ’il quddiem maż-żminijiet.

Għal din l-edizzjoni limitata l-ġdida, il-Perrier għażel tlieta mill-aktar artisti tat-triq influwenti tad-dinja: JonOne, Amerikan għalkemm Pariġin bl-adozzjoni, l-artist poeta Ġappuniża Sasu, u l-umanista Brażiljan Kobra. Dawn it-tliet artisti ħolqu disa’ disinji uniċi biex jikkumplimentaw il-fliexken ikoniċi tal-ħġieġ, il-fliexken tal-plastik PET u l-bott il-ġdid tal-Perrier.

Minn Dali għal Colette, Carlu, Villemot, u anke Warhol, il-Perrier dejjem ispira lill-aqwa artisti f’dawn l-aħħar deċenji.

L-Edizzjoni Limitata “PERRIER inspired by Street Art” hi f’din it-tradizzjoni, eċċentrika daqs qatt qabel u fl-istess ħin rifreskanti.

Il-Perrier hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Co. Ltd, membru tal-Grupp Farsons.