Lokali

Frodist Malti arrestat fl-Ingilterra

Frodist Malti ta’ 50 sena u li kien qed jgħix l-Ingilterra, ġie arrestat mill-Pulizija f’Surrey. Patrick Spiteri, avukat speċjalizzat fil-qasam tat-taxxa u li għandu ħamsin sena ilu żmien twil jipprova jaħrab il-Qorti f’Malta, fejn għandu mat-tmien każi marbuta ma’ frodi u misappropjazzjoni.

Storja ppubblikata fuq ‘The Sunday Times’ tgħid li l-Malti ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Surrey u Guildford is-Sibt waranofsinhar, waqt li kien qed jara l-logħba bejn Chelsea u Liverpool, fejn ġie rrappurtat li nstab li kien qed jistaħba taħt sodda.

Patrick Spiteri ilu mill-2013 jipprovdi ċertifikati mediċi jgħidu li qed isofri minn Multiple Sclerosis u li ma jistax jivjaġġa. Hu ilu minn Jannar ta’ din is-sena jgħix b’mod permanenti ġewwa residenza fl-Ingilterra b’valur ta’ €4 miljuni.

Fl-aħħar xhur, il-Pulizija ta’ Malta talbet lill-Qrati Maltin biex jinħareġ mandat Ewropew għll-arrest tar-raġel, iżda ma kienx magħruf fejn Spiteri kien qed joqgħod, sakemm storja fuq The Sunday Times żvelat fejn kien qed joqgħod Scerri, bil-Pulizija fl-Ingilterra tarresta lill-Malti s-Sibt waranofsinhar.