The General Soft Drinks Co. Ltd (GSD) nediet websajt ġdida www.gsd.com.mt li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fuq quddiem nett f’suq tax-xarbiet li huwa mill-iktar kompetittiv u li jimxi b’rata mgħaġġla ħafna.
Il-websajt hija punt ta’ riferenza li dejjem qed iżid fl-importanza tiegħu u ġiet iddisinjata biex tkun faċli ssib l-informazzjoni fuqha minn fuq kull mezz tat-teknoloġija, minn ċellulari għal desktop computers.
Il-websajt il-ġdida tippermetti lill-konsumaturi mhux biss isibu tagħrif dwar il-GSD u s-servizzi u l-prodotti li toffri bi ftit clicks, iżda tipprovdi wkoll aċċess dirett, pereżempju biex tibbukkja żjara fil-World of Coca-Cola Malta kif ukoll biex wieħed japplika għax-xogħol mal-kumpanija.
“Id-disinn tal-websajt ġdida tagħna jirrifletti l-pożizzjoni tagħna bħala kumpanija li hija kompletament Maltija u stabbilita sew li topera wħud mid-ditti l-iktar rinomati internazzjonalment,” qalet iċ-Chief Operating Officer Maria Micallef.
L-innovazzjoni online huwa pass naturali għal kumpanija li għamlet l-innovazzjoni bħala l-filosofija tagħha tul l-istorja minn kemm ilha mwaqqfa. Fil-bidu, kienet tniedi ditta kull għaxar snin, meta bdiet bil-famuża Coca-Cola fl-1952, imbagħad bil-Fanta fis-sittinijiet u l-iSprite fis-sebgħinijiet. Id-diversifikazzjoni żdiedet fl-aħħar tat-tmeninijiet bl-introduzzjoni tal-verżjonijiet tad-dieta tal-luminati popolari u l-Kristal, l-ilma li pproduċiet il-kumpanija stess li mbagħad inxtara minn The Coca-Cola Company.
Il-kumpanija żiedet il-portafoll tagħha fid-disgħinijiet meta introduċiet diversi xarbiet oħra.
//= $special ?>