Id-denfil żgħir li ġie salvat ilbieraħ fil-Qawra sfortunatament il-Ħadd miet, bl-indikazzjonijiet kollha huma li dan miet minħabba problemi respiratorji minħabba ‘għejja’.
Fi stqarrija, il-MEPA qalet li sar kull sforz fl-aħħar sigħat biex id-denfil jiġi salvat u jibqa’ ħaj.
Il-MEPA rringrazzjat ukoll lit-tim kollu nvolut fl-aħħar sigħat, magħmul fost l-oħrajn min-Nature Trust Malta, is-Servizzi Veterinarji, l-Animal Welfare, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Pulizija ta’ Malta, il-BICREF, l-Universita’ ta’ Malta u l-istaff tal-Park ‘Mediterraneo’, li lkoll ħadmu flimkien biex jipprovdu s-servizz neċessarju matul il-proċess kollu.
Agħfas hawn għall-artiklu li deher fuq MaltaRightNow ilbieraħ u li jinkludi filmat tad-denfil jiġi salvat.
//= $special ?>

